|
|
| Special Feature |
|
Illum il-festi jsiru aktarx kullimkien xorta wahda, barra mill-katidral ta' l-Imdina li jaghmel festa liturgika mill-aqwa minn gewwa, funzjonijiet sbieh, kant u muzika mill-ahjar imma fuq barra kollox xott u mill-inqas. Fuq barra, issir biss il-purcissjoni ta' nhar l-Imnarja bla ebda tizjin mat-triqat, imma lejlet il-festa ssir illuminazjoni tal-bejt tal-Kattidral li minhabba fiha nholoq l-isem "Imnarja", jigifieri dawl. Il-purcissjoni ghadha ssir filghodu - haga li zammitha biss il-knisja ta' Birkirkara, imma fl-antik din id-drawwa kienet imxerrda mal-knejjes kollha ta' Malta. Mal-festa ta' San Gwann il-Battista kienet marbuta d-drawwa tal-hgejjeg f'kull belt u rahal fuq l-ezempju tal-kavallieri, li kienu jaharqu btieti mimlija bit-tiben fil-belt, quddiem folla ta' nies ihabbru l-ferh tat-twelid tal-prekursur. Il-hgejjeg kienu l-ewwel ghamla tad-dawl - illuminazzjoni - tal-festi, drawwa li kienet issir ukoll ghal kull festa titulari tal-parrocci taghna fi zmien il-faqar u fl-istess hin kienet haga ta' divertment popolari. F'dokumenti antiki l-prokuraturi tal-festi ma kinux jghidu li nefqu skud jew anqas jew aktar, ghall-hatab tal-huggiega tal-festa imma hatab ghal-luminazzjoni, waqt li xi drabi kienu jzidu wkoll spejjez taz-zift - dan meta naturalment kienu jcappsu njam biz-zift, biex jaghmlu t-torci ghall-briju u biex idawlu l-misrah tal-knisja waqt id-dhul tal-purcissjoni. Il-purcissjonijiet ta' filghaxija saru bhala gheluq ta' nhar il-festa, ghax kienet inhasset il-htiega li l-festa ma tiqafx ma' nofsinhar, kif kienet tieqaf dik ta' Santa Liena sa ftit snin ilu. L-Imnarja kienet tissokta l-festa bit-tigrija tal-bhejjem, imma mhux kulhadd seta jaghmel it-tigrija jew xi haga ohra li tiswa hafna flus. Ghaldaqstant, fl-ibliet ta' madwar il-port, kienet dahlet id-drawwa tat-tigrija tad-dghajjes, imma ghall-irhula ma kellhomx haga ohra ehfef hlief li jaghmlu l-purcissjoni filghaxija flok filghodu, biex itawlu ftit il-festa. Nhar San Lawrenz kienet issir it-tigrija tad-dghajjes mhux anqas minn dik tal-Vitorja nhar il-bambina ta' l-Isla, imma fil-Birgu kienet dahlet id-drawwa ta' illuminazzjoni tal-bahar billi jaqsmu l-gewz u fil-qxur ipoggu ftit zejt u cimblor bil-ftila, jixgheluhom u jitilqu l-gewz jghum fil-wicc tal-bahar li jsir qisu wicc is-sema bil-kwiekeb - drawwa li nqatghet zmien twil ilu imma li kien fiha x'tara. Milli jidher, ftit li xejn kien isir tizjin organizzat, barra minn xi okkazjoni specjali bhal meta l-Gran Mastru jzur xi belt jew rahal nhar il-festa. Dak inhar kien isir ark trijonfali, imqar bil-weraq tas-sigar midmum jew imxeblek ma' l-injam jew qasab bhal kannizzata, imma f'nofs l-ark kien ikun hemm dejjem l-arma tal-Gran Mastru pinguta fuq l-injam u mal-gnub kien ikun hemm ukoll il-bandieri tal-kavallieri. Ghal dawn l-okkazjonijiet kienu jsiru festi kbar u l-parrocci kienu jisselfu pulturna u tapit sabih minn San Gwann jew minn xi knisja ohra li jafu kif imur, biex il-Gran Mastru jsib kollox kif jixraqlu. Dari, il-purcissjonijiet kienu jsiru generalment bla vari, ghax vari ftit kien hawn fl-irhula z-zghar. L-ewwel vari ta l-injam dehru fostna fis-seklu 17, imma qabel kien hawn xi vari tal-kartapesta mlibbsin il-hwejjeg veri, bhalma kienu u ghadhom dawk ta' San Lawrenz tal-Birgu u tar-ruzarju tad-Dumnikani fil-belt Valletta. |
||||||||||||
| home| daily news | webcasts | features | forum | contact us | |||||||||||||
|
|
|
|