|
|
| Special Feature |
|
Il-Jum ta' San Girgor Papa hija festa specjali mhallta bi storja, purcissjoni kbira, tradizzjonijiet u folklor tal-hajja Maltija. Il-festa ta' San Girgor il-kbir kienet issir mad-dinja kollha fit-tnax ta' Marzu fir-Randan, imma mill-1781 'il quddiem, hawn Malta l-festa bdiet issr nhar ta' Erbgha bejn l-Ghid il-kbir u l-Hadd il-gdid, ghax hekk kien jaqbel biex jitnaqqsu l-abbuzi ta' l-ikel fil-jiem tar-Randan. Meta bdiet issir il-festa ta' San Girgor bil-purcissjoni nazzjonali mmexxija mill-isqof innifsu ma nafux, u lanqas nafu ghaliex saret il-weghda harxa ta' mixja ta' l-isqof mal-poplu tieghu, mill-katidral ta l-Imdina saz-Zejtun, fejn kienet issir quddiesa u talb lill-Mulej. F'din il-purcissjoni kienu jiehdu sehem il-parrocci kollha, kulhadd jimxi wara s-salib tal-kleru tieghu u bl-istandardi tal-fratellanzi. Izda kien propju t-tilwim bejn il-kleru ta' Birkirkara u ta' l-Isla, li wassal lill-isqof Mawru Caruana jiehu d-decizjoni li l-parrocci Maltin ma jiehdux sehem fiha iktar. Illum, il-purcissjoni ssir nhar l-Erbgha wara l-Ghid il-kbir, mill-Knisja ta' San Klement fiz-Zejtun ghall-Knisja ta' San Girgor fiz-Zejtun stess. Fiha jiehdu sehem biss il-Kapitlu tal-Katidral, il-komunitajiet ta' l-Imdina u tar-Rabat ta' Malta, u l-fratellanza ta' San Guzepp. Il-popolarita' tal-festa ta' San Girgor naqset hafna minbarra dan. Din l-okkazjoni kienet poggiet lil San Girgor fil-qalb tal-Maltin kollha. San Girgor kien importanti fil-hajja tal-Maltin, tant li l-gharus kien iwieghed lill-gharusa tieghu li jehodha ghall-festa ta' San Girgor li tigi wara t-tieg. L-isqof Caruana ma xtaqx li l-isem ta San Girgor il-kbir jithassar ghal kollox. Ghalhekk huwa laqqa' din ix-xewqa tieghu mal-bzonn li nholoq ta' knisja ohra f'Tas Sliema u ghalhekk iddecieda, li l-knisja l-gdida li kellha tinbena tkun iddedikata lil San Girgor il-Kbir. U fil-fatt sar hekk. Mat-twaqqif tal-parrocca l-gdida bdiet issir il-festa lil San Girgor il-Kbir. Il-festa titulari kienet issir fit-12 ta' Marzu ta' kull sena, li kienet il-festa liturgika ta' San Girgor il-Kbir qabel ir-riforma liturgika. Il-gurnata tal-festa kienet l-anniversarju tal-mewt tal-Papa San Girgor. Il-festa ma kinitx issir kif nafuha llum. Kienet issir purcissjoni bir-relikwa. L-idea ta' l-ewwel kappillan, Dun Karm Farrugia, kienet differenti mill-festi kif nafuhom ahna l-Maltin. Tant hu hekk, li l-kappillan Farrugia lanqas biss ried li jkun hawn statwa ta' San Girgor. Il-festa ma tantx kienet popolari minhabba li kienet issir fix-xitwa u minhabba li ma kinetx issir kif xtaqu l-parruccani Gregorjani. Madankollu l-kappillan kellu jcedi ghall-pressjoni tal-parruccani. Bdew jiehdu sehem il-baned u saret statwa ta' San Girgor. Il-purcissjoni hija differenti minn ta' parrocci ohra u ghaldaqstant wahda mill-ftit fil-gzejjer Maltin. Hija tiehu forma ta' purcissjoni-pageant. Barra l-kleru, l-abbatini u c-celebrant tal-festa bir-relikwa ta' San Girgor, jiehdu sehem numru ta' zghazagh igorru bandalori ikkuluriti, statwi li jirraprezentaw il-qaddisin familjari ta' San Girgor il-Kbir u sett kwadri li jirraprezentaw l-isqfijiet li San Girgor baghat biex jikkonvertu l-Ingilterra. Dawn iz-zghazagh jilbsu kostumi sbieh u kkuluriti. Jakkumpanjaw l-istatwa li tingarr mir-reffiegha jkun hemm grupp ta' zghazagh lebsin ta' gwardji Svizzeri, l-unifromi tas-suldati tal-Vatikan, iddisinjata minn Michelangelo ferm wara z-zmien li fih ghex San Girgor. Il-purcissjoni hija sabiha minhabba l-varjeta' ta' kostumi sbieh u rikki u l-ordni, serjeta' u dixxiplina li timxi bihom. L-iskop principali huwa li l-purcissjoni tinzamm hajja u mlibbsa b'sens qawwi ta' devozzjoni sabiex tqanqal f'min jaraha xewqa ta' hajja qaddisa fuq l-ezempju ta' San Girgor il-kbir, tal-qaddisin familjari tieghu u tal-qaddisin monaci li kkonvertew lill-Ingilterra. Il-festa titulari tal-lum hija ferm differenti min kif kienet fil-bidu taghha, ghalkemm zammet hafna mill-karraterristici originali, fosthom il-purcissjoni. Fiz-zmien tat-tieni kappillan, Dun Anton Mifsud u wisq aktar fi zmien it-tielet kapillan, Dun Victor Zammit McKeon, il-festa hadet xejra ohra. Il-festi esterni nghataw spinta sewwa mis-snin temin. Grupp ta' zghazagh mill-parrocca ffurmaw kumitat bil-hsieb li l-festa tkompli dejjem tikber. Beda jsir l-armar artistiku ghat-toroq tal-parrocca. Beda jsir ukoll il-loghob tan-nar specjalment lejlet il-festa meta ssir wirja tan-nar ta' l-arju u ta' l-art fil-bajja maghrufa l-lum bhala l-Exiles fejn il-maghruf torri ta' San Giljan u l-gnien Indipendena. Bdew jingiebu diversi baned sabiex idoqqu ghall-festa. Il-jiem tal-festa esterna baqghu jizdiedu sakemm infirxu ma' dawk it-tlett ijiem li baqghu maghrufa bhala t-Tridu. Bdiet tinkera banda li taghmel il-marc ta' filghodu li llum sar tradizzjonali esegwit mill-banda gdida tal-lokal. Fl-istess grupp ta' zghazagh, ghalhekk nibtet l-idea ta' banda tal-lokal u din l-idea saret realta' fis-sena 1987. L-origini tal-festa ta'San Girgor fir-rahal ta' Kercem Ghawdex, m'hemmx dubju li hija l-purcissjoni votiva li sa minn zminijiet ferm antiki kienet issir mill-Matrici ghall-kappella ta' San Girgor, f'jum dan il-qaddis. Iz-zerniq ta' din il-Purcissjoni huwa ta' zmien l-isqof Cubelles fl-1541. Dahlet bhala purcissjoni rogazzjonali halli Alla jhib il-ghaqda bejn is-slaten insara. Hi weghda li ghamlu missirijietna fl-istess okkazjoni li saret il-Purcissjoni ta' l-istess Qaddis fiz-Zejtun f'Malta. F' Ta' Kercem id-devozzjoni lejn San Girgor ixxettlet u trawmet sew fil-kappella meqjuma lilu li nbniet fil-kontrada ta' Ghar Gherduf, fuq ir-rih ta' Wied il-Lunzjata, lejn is-sena 1580, fi zmien meta l-gzira Ghawdxija kienet ghaddejja minn mument l-aktar difficli. Ritratt: Dipartiment tal-Informazzjoni |
||||||||||||
| home| daily news | webcasts | features | forum | contact us | |||||||||||||
|
|
|
|