|
|
| Special Feature |
|
L-origini tad-devozzjoni lejn San Publju ghandha l-gheruq taghha 'l boghod fiz-zminijiet sahansitra qabel it-twaqqif ta' l-ewwel abitazzjonijiet fil-Furjana. Il-festa liturgika kienet tigi ccelebrata fil-21 ta' Jannarimbaghad fit-22 tax-xahar. Izda fl-1854 il-festa solenni giet trasferita ghat-tieni Hadd fuq l-Ghid il-Kbir. Dan sar minhabba t-temp li hafna drabi kien johloq diffikulta' specjalment ghall-festi ta' barra. Matul iz-zmien, il-festa ta' San Publju giet maghguna gewwa l-qalb tal-Furjanizi u din il-gibda baqghet titnissel minn generazzjoni ghall-ohra u ghadha hekk sal-lum. Billi fil-Furjana tezisti biss festa titulari wahda u ma ssibx partiti, naturalment l-energija kollha hi mixhuta fuq il-festa ta' San Publju. Din isservi ta' ghaqda li ggib il-Furjana familja wahda. Bla dubju, biex din il-festa tirnexxi ma jonqsux is-sagrificcji ta' diversi voluntiera li matul is-sena joffru l-hin taghhom f'xoghol differenti, bhal tizjin, manuntenzjoni u gbir ta' fondi jew attivitajiet ohra bi preparazzjoni ghal din il-gurnata. Qabel ma zdied it-traffiku, it-tizjin ta' barra kien jikkonsisti f'armar ta' l-injam kemmxejn goff b'ornamenti u skultura b'lavur ta' sengha kbira. Naturalment, biz-zmien inhass li dan l-armar ghandu jinbidel u jigi sostitwit minn sett ta' pavaljuni ghat-toroq kollha principali, flimkien ma' dwal u tizjin iehor li johloq atmosfera ta' hajja u ferh ghal dawn il-granet. It-tizjin tal-knisja, fuq gewwa bla dubju huwa attrazzjoni principali, kemm ghal tant turisti li jigu jzuruna f'dawn il-granet, kif ukoll ghal tant Maltin ohra. Fost ix-xoghol ta' hila kbira u ta' interess principali fost dawk li jzuru l-knisja fil-granet tal-festi, insibu l-apparat tal-bellus irrakkmat bid-deheb li nhadem f'Lyon fi Franza. Fil-fatt il-ventartal u t-triehi ta' l-artali kollha huma fost l-aktar apprezzati f'dawn il-gzejjer. Ma' dan ta' min isemmi wkoll it-tuzell li ghandu 'l fuq minn mitt sena u hu xoghol fl-injam. L-attivitajiet matul il-granet tal-festa jibdew gimgha qabel bil-hrug tal-vara min-nicca Hadd qabel il-festa. L-ghada tigi iccelebrata l-festa helwa tat-tfal. Wara l-funzjoni, it-tfal tal-Furjana flimkien ma' tant ohrajn minn irhula ohra, joholqu festa ta' briju kif jafu jaghmlu t-tfal. Ic-centru ta' din il-manifestazzjoni hi statwa ta' San Publju li tingarr fuq l-ispallejn mit-tfal infushom matul it-toroq tal-Furjana, akkumpanjati mill-banda. Ic-celebrazzjonijiet jissoktaw fil-knisja matul il-granet ta' wara, fejn jigu organizzati granet specjali ta' talb ghall-komunitajiet fil-Furjana. Fil-granet tat-tridu barra d-diskors u t-taghlim dwar il-hajja tal-qaddis, il-funzjonijiet jintemmu fl-Antifona u l-barka Sagramentali. Fil-granet lejlet u nhar il-festa jigu ccelebrati dawk il-funzjonijiet li s-soltu jsiru f'kull festa ohra li fl-ahhar iwasslu ghall-qofol tal-festa meta l-istatwa tal-patrun tinhareg processjonalment mat-toroq tal-lokal. Fil-festa titulari tal-Furjanizi, il-qofol jintlahaq meta l-vara ta' San Publju tkun qed tavvicina biex tidhol lejn il-knisja. F'dan il-mument, il-Furjanizi jkunu migbura madwar il-vara. Fil-hin tad-dhul tinharaq kaxxa infernali u l-vara tiddahhal qajl qajl waqt il-kant ta' l-Antinfona, sa ma titqieghed fuq il-bankun u tinghata l-barka sagramentali.
|
||||||||||||
| home| daily news | webcasts | features | forum | contact us | |||||||||||||
|
|
|
|